MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT 

Il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat jaħdem b’risq l-interessi tal-għaqdiet voluntarji u persuni b’diżabbiltà fil-Gżejjer Maltin.

Il-viżjoni tagħna hi dik li tħeġġeġ għall-ħolqien ta’ ambjent soċjali inklussiv fejn il-ħiliet ikunu l-qofol, u l-missjoni tal-Ministeru taħseb għat-tisħiħ ta’ soċjetà li tifhem u tħaddan il-għan li kull persuna tkun ħielsa u mwieżna biżżejjed biex tiffaċċja l-isfidi quddiemha.

Fit-twettiq ta’ din il-ħidma, l-Ministeru jimxi fuq politika li tirrispetta d-diversità u l-integrità lejn il-kisba ta’ kwalità tal-ħajja aħjar. Il-Ministeru jieħu ħsieb ukoll jinkoraġġixxi s-sehem ta’ għaqdiet volontarji waqt li jara li jkun hemm it-tisħiħ tal-aspett soċjo-ekonomiku tal-volontarjat.

Il-Ministeru jemmen bil-qawwa li l-għanijiet tal-missjoni tiegħu jistgħu jintlaħqu permezz ta’ diskussjoni ħajja ma’ dawk kollha konċernati, biex hekk il-Ministeru jissokta jaħdem lejn il-ħolqien ta’ soċjetà inklużiva fejn il-politika u l-inizjattivi jissarrfu f’għodod siewja għal aktar tibdil fil-qasam soċjali.