Scroll to top

Viżjoni

Biex tħeġġeġ u timmotiva sfera soċjali inklussiva fejn il-kapaċitajiet ikunu fuq quddiem nett.

Missjoni

Li ssaħħaħ soċjetà komprensiva fejn kull individwu jiġi sfidat u mrawwem.

Oġġettivi

  • Niddiskutu b’mod attiv il-feedback mal-partijiet ikkonċernati kollha biex niżguraw li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet u l-ambizzjonijiet tal-persuni b’kapaċitajiet differenti.
  • Nadottaw politika li tirrispetta diversi kapaċitijiet, integrità u jippromwovu l-kwalità tal-ħajja.
  • Nippromwovu u ninkoraġġixxu l-parteċipazzjoni fl-għaqdiet volontarji, kif ukoll naraw li nkomplu nsaħħu il-pilastru soċjo-ekonomiku tal-volontarjat.

Valuri

Il-Ministeru jemmen

  • Li l-għanijiet jistgħu jinkisbu permezz ta’ diskussjoni attiva mal-partijiet interessati.
  • F’soċjetà inklussiva fejn il-politiki u l-inizjattivi huma l-għodod li jwasslu għal bidla soċjali.