​Il-Ministeru tal-Inklużjoni u l-Volontarjat huwa impenjat li jkun kompletament trasparenti u jipprovdilek l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tal-cookies meta inti żżur dan is-sit. Aħna nagħmlu ħilitna biex ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm din l-informazzjoni ma tkunx provduta minnek volontarjament permezz tal-formoli online.

 

X’inhi cookie?

 

Il-cookies huma biċċiet ta’ informazzjoni żgħar li s-sit jitlob lill-browser tiegħek biex jaħżinhom bħala text strings fuq il-hard disk tal-kompjuter tiegħek. Il-cookies kollha huma programmati b’dati ta’ skadenza li jiddeterminaw kemm idumu jirrisjedu fil-browser tiegħek. Ġeneralment, il-cookies jistgħu jitneħħew awtomatikament wara li tgħaddi d-data ta’ skadenza jew inkella jistgħu jitħassru manwalment mill-utent.

 

X’inhuma t-tipi ta’ cookies li juża dan is-sit?

 

Dan is-sit jagħmel użu minn żewġ tipi differenti ta’ cookies:

 

Cookies tas-sessjoni: dawn huma cookies temporanji li jintużaw biex jagħtuk aċċess għall-kontenut ta’ dan is-sit. Dawn it-tipi ta’ cookies jiskadu u jitħassru hekk kif tagħlaq il-browser.

 

Cookies limitati ta’ partijiet terzi: dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta’ dawn il-cookies f’dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta’ qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta’ siti terzi fuq il-paġni ta’ dan is-sit.

 

Kif nista’ nħassar jew niddiżattiva l-cookies?

Jekk il-browser tiegħek MHUX ikkonfigurat, awtomatikament, biex jimblokka l-cookies kollha jew ċerti cookies, inti tista’ manwalment tikkonfigura l-browser tiegħek biex, jew tirrifjuta l-cookies kollha jew inkella tikkontrolla liema cookies huma ssettjati fuq it-tagħmir tiegħek permezz ta’ dan is-sit. ​

Li tiddiżattiva l-cookies ta’ dan is-sit ma jaffettwax l-esperjenza ta’ browsing tiegħek.

inklużjoni
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.