Aħna impenjati li nipproteġu l-privatezza tal-viżitaturi u/jew l-utenti tagħna u ma niġbrux ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm ma tipprovdihiex int volontarjament.

Skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586), għandna dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kull informazzjoni personali li niġbru mingħandek u aħna ser nikkonformaw ma’ dan id-dmir. Aħna nieħdu kull prekawzjoni neċessarja sabiex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddux l-informazzjoni tiegħek li niġbru mingħandek bħala viżitatur u/jew utent lil xi parti terza sakemm ma tagħtiniex il-kunsens tiegħek jew inkella kif awtorizzat bil-liġi.

Il-politika tista’ tinkiseb faċilment permezz ta’ ħolqa fil-qiegħ ta’ kull paġna tal-websajt.

Kif nipproċessaw id-data personali?

1) E-Forms

Nistgħu niġbru informazzjoni personali fil-proċess ta’ sottomissjoni ta’ forms permezz tal-websajt, indirizzati lejn Ministeru, Dipartiment jew entità oħra tal-Gvern ta’ Malta, skont il-każ. F’dawn is-sitwazzjonijiet, il-websajt tintuża bħala Interface tal-Utent u l-informazzjoni li tkun inkluża fil-forms tiġi sottomessa għall-ipproċessar lill-Ministeru, Dipartiment jew Entità kkonċernati tal-Gvern ta’ Malta. Il-perjodu ta’ żamma japplika skont is-servizz in kwistjoni.

2) Indirizz IP u Lokazzjoni

Il-web server iżomm loggs limitati dwar indirizzi IP jew il-post fejn jinsab il-kompjuter tiegħek fuq l-Internet, għal skopijiet ta’ amministrazzjoni tas-sistemi u soluzzjoni ta’ problemi. Ma nużawx dawn il-loggs ta’ indirizz IP biex insegwu s-sessjoni tiegħek jew l-imġiba tiegħek fuq is-sit tagħna.

3) e-ID

Tista’ wkoll tawtentika ruħek permezz ta’ faċilitajiet ipprovduti mill-Awtoritajiet Ċentrali, bħall-użu tal-kont tal-eID tiegħek. F’dawn il-każijiet, il-kredenzjali ta’ awtentikazzjoni jkunu limitati għas-sessjoni attwali permezz tal-browser tiegħek.

4) Ikkuntattjana / Feedback

Meta tuża l-faċilitajiet online ta’ din il-websajt, is-suġġetti tad-data jistgħu jintalbu jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom għal skopijiet ta’ kuntatt. Kull informazzjoni u data personali li tista’ tiddeċiedi li tipprovdilna fil-formola ta’ “Ikkuntattjana/Feedback” tiġi pproċessata biss għall-iskop strett li nirrispondu għall-mistoqsija tiegħek.

Il-cookies huma biċċiet żgħar ta’ data li s-sit jittrasferixxi fuq id-diska tal-kompjuter tal-utent meta jżur il-websajt. Din il-websajt tagħmel użu limitat mill-cookies u għal aktar informazzjoni, inti mistieden iżżur il-Politika tal-Cookies tagħna.

Id-Drittijiet Tiegħek

Bħala individwu tista’ teżerċita d-dritt tiegħek li taċċessa d-data miżmuma dwarek. Għalhekk, jekk għandek xi mistoqsijiet rigward din id-data, jekk teżisti, miżmuma minna, jekk jogħġbok ikkuntattjana billi tissottometti t-talba tiegħek lid-data controller rilevanti permezz tal-paġna “Ikkuntattjana” fil-websajt.

Għalkemm nagħmlu kull sforz raġonevoli biex inżommu l-informazzjoni tiegħek aġġornata, nitolbuk tgħarrafna dwar kull tibdil li jista’ jkun hemm rigward id-data personali miżmuma minn dan l-Uffiċċju. F’kull każ, jekk taħseb li xi informazzjoni dwarek hija żbaljata, tista’ titlob ir-rettifika ta’ dik id-data. Għandek ukoll id-dritt li titlob il-blokkar jew tħassir tad-data. Jekk ma tkunx sodisfatt bir-riżultat tat-talba tiegħek għal aċċess, tista’ tressaq ilment quddiem il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data. Żur www.idpc.gov.mt għal dettalji ta’ kuntatt.

Biex nipprovdulek servizz aħjar, is-sit tagħna jista’ jgħaqqdek ma’ numru ta’ links għal organizzazzjonijiet u aġenziji lokali u internazzjonali. Meta tkun qed tgħaddi għal dawn is-siti l-oħra, ma tibqax suġġett għal din il-politika iżda għal dik tal-privatezza tas-sit il-ġdid.

Dan is-sit juża Secure Sockets Layer (SSL) sabiex jiġi żgurat it-trasferiment sigur tad-data personali tiegħek. Għandek tkun kapaċi tara s-simbolu ta’ lock fil-barra tal-istatus tal-indirizz fil-browser tiegħek. L-indirizz tal-url jibda wkoll b’https:// li jindika paġna sigura. SSL japplika encryption bejn żewġ punti bħalma huma l-PC tiegħek u s-server li qed tikkonnettja miegħu. Kull data trasmessa waqt is-sessjoni tiġi encrypted jew scrambled u mbagħad decrypted jew unscrambled fuq in-naħa riċeventi. Dan jiżgura li d-data ma tistax tinqara waqt it-trasmissjoni.

Jekk ikun hemm xi tibdil f’din il-politika tal-privatezza, aħna ser inħallu din il-paġna b’verżjoni aġġornata. Għalhekk, huwa fl-interess tiegħek li tiċċekkja l-paġna tal-“Politika tal-Privatezza” kull darba li taċċessa l-websajt tagħna sabiex tkun konxju minn kwalunkwe tibdil li jista’ jseħħ minn żmien għal żmien.

Kummenti jew suġġerimenti li tista’ jkollok u li jistgħu jikkontribwixxu għal servizz ta’ kwalità aħjar huma milqugħa u apprezzati ħafna.

Tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data fuq: [email protected]

 

inklużjoni
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.