Minister Julia Farrugia Portelli

Julia Farrugia hi Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat (MIV). 

Bħala Ministru għall-Inklużjoni, l-Onor. Julia Farrugia nediet l-ewwel Strateġija Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u l-Istrateġija Nazzjonali għall-Persuni fl-Ispettru tal-Awtiżmu. Hija mexxiet b’suċċess il-bidliet fil-Kodiċi Kriminali, liema tibdiliet għamlu diskors ta’ mibegħda lejn persuni b’diżabilità reat kriminali.

Qabel serviet bħala Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u Segretarju Parlamentari responsabbli mir-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta’ Proċessi Amministrattivi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Hi kienet responsabbli minn numru ta’ riformi fosthom dik fuq Traffikar Uman, ir-Rappreżentanza Ugwali fil-Parlament u r-riforma tal-VOT16.

Ir-riforma tal-VOT16 tibqa’ waħda li tiġi mfakkra hekk kif Malta saret it-tieni stat membru tal-UE wara l-Awstrija li naqqas l-età tal-votazzjoni għal 16-il sena.

Fl-2018, Farrugia rebħet il-Premju ‘Impactful Politics’ minn JCI Malta.

Julia Farrugia hi eks-ġurnalista, b’20 sena esperjenza. Hi ħadmet kemm għat-televiżjoni u għar-radju, kif ukoll fil-midja stampata fejn ġiet appuntata bħala l-ewwel editur mara ta’ gazzetta bil-Malti. Farrugia serviet ukoll bħala Viċi Chairperson tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin.

inklużjoni
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.