Scroll to top

Din id-Direttiva hija komponent essenzjali kemm tal-Istrateġija tal-UE għall-2021 – 2030 dwar id-Diżabilità, kif ukoll tal-Istrateġija Nazzjonali dwar id-Diżabilità ta’ Malta għall-2021–2030. Iż-żewġ Strateġiji huma allinjati biex jiżguraw li prodotti u servizzi essenzjali bħal fis-settur bankarju u dawk tal-informatika, tat-telekomunikazzjoni, tal-kummerċ elettroniku u tat-trasport ikunu aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.

Malta tibqa’ kommessa bis-sħiħ li tilħaq l-għanijiet tad-Direttiva. Id-Direttorat għall-Affarijiet dwar id-Diżabilità (DDI), bħala d-Direttorat talPolitika dwar id-Diżabilità fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat (MIV), mexxa n-negozjati nazzjonali fil-livell tal-UE dwar l-Att, u kien responsabbli għall-implimentazzjoni tar-riformi legali meħtieġa, inkluż labbozzar ta’ Linji Gwida, biex id-Direttiva tkun tista’ tidħol fis-seħħ f’Malta.

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) se taġixxi bħala l-Awtorità tas-Sorveljanza tas-Suq skont id-Direttiva. Is-CRPD iffirmat Memoranda ta’ Qbil (MoUs) ma’ entitajiet bħall-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), u l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), li se jappoġġjaw lill-Kummissjoni
biex tissodisfa r-responsabbiltajiet tagħha ta’ sorveljanza taħt id-Direttiva.

Stqarrija għall-Istampa

Linji Gwida:

Il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat se jippubblika dalwaqt sett ta’ Linji Gwida li se jservu bħala għodda prattika biex jgħinu lill-intrapriżi, fornituri tas-servizzi, u entitajiet pubbliċi jifhmu u jimplimentaw ir-rekwiżiti ta’ aċċessibilità stabbiliti mill-EAA.

Dawn il-linji gwida se jispjegaw l-obbligi ewlenin biex jiġi żgurat li prodotti u servizzi – bħall-pjattaformi diġitali, ATMs, magni tal-biljetti, kummerċ eletroniku, u komunikazzjoni mal-klijenti – ikunu aċċessibbli għal persuni b’diżabilità.

Il-Linji Gwida dwar l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità se jiġu ppubblikati hawnhekk dalwaqt.