Fl-2023, il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat (MIV), flimkien mal-Aġenzija Sapport, nieda r-Riforma tal-Assistenza Personali u l-Baġits Personali għal Malta.

Din kellha l-għan li tibni fuq l-Iskema ta’ Assistenza Personali
operata mill-Aġenzija għal dawn l-aħħar snin, u ppreżentat pjan direzzjonali, li kien soġġett għal konsultazzjoni pubblika, li jwassal għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ Baġits Personali għall-persuni b’diżabilità.

Ir-Riforma tallinja mal-obbligi ta’ Malta skont l-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD). Fl-2024 ġiet adottata Miżura tal-Baġit marbuta ma’ din ir-Riforma, BM42, intitolata “Assistenti Personali“, li obbligat ukoll li pakkett leġiżlattiv jiġi ppreżentat bħala parti mir-Riforma usa.

FacebookTwitter