Premju Socjeta Gusta

Il-Kunċett tal-Premju

 

Il-Premju Soċjetà Ġusta huwa ċelebrazzjoni tal-ħidma, l-impenn u d-dedikazzjoni ta’ diversi individwi fis-settur tad-diżabilità.

Għan

 

L-għan ta’ dan il-premju huwa li jiġu ċċelebrati l-kisbiet ta’ individwi u organizzazzjonijiet li jappoġġjaw kultura t’iżjed Drittijiet għall-Persuni b’Diżabilità. Id-dmir tal-Gvern huwa li jesprimi l-apprezzament tiegħu lil kulmin qiegħed jaħdem għal soċjetà iżjed inklussiva, fejn persuni b’diżabilità u dawk qrib tagħhom ikunu jistgħu jesperjenzaw atteġġjamenti iżjed miftuħa, aċċessibilità, u kundizzjonijiet li jinkoraġġixxu l-għixien indipendenti u fil-komunità. Il-prinċipju li se jigwida l-għażliet għal dan il-premju huwa li jkollna soċjetà aktar ġusta fejn il-persuni b’diżabilità jieħdu sehem attiv fil-komunità.

Kategoriji tal-Premjijiet

  1. Premju lill-għaqda volontarja għal Ħidma għat-Tisħiħ tal-Inklużjoni

Dan il-Premju jirrikonnoxxi lil dawk l-għaqdiet volontarji li permezz tal-ħidma tagħhom xprunaw soċjetà aktar inklussiva.

  1. Premju għal Kisba tul il-Ħajja fis-Settur tad-Diżabilità

Dan il-premju jirrikonoxxi individwu li bi sforz eċċezzjonali u kisba matul perjodu sinifikanti, ħalla marka pożittiva fuq is-settur.

  1. Premju Soċjetà Ġusta

Dan il-Premju jirrikonoxxi individwu b’diżabilità li juri kwalitajiet li permezz tagħhom għamel jew għamlet differenza kbira u pożittiva f’dan is-settur

L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Settembru 2025 f’nofsinhar.


Aktar informazzjoni:

Gwida għan-Nominazzjoni

Formola ta’ Nominazzjoni (Online)

Formola ta’ Nominazzjoni (Printable version)

FacebookTwitter