Kunċett tal-Premju

Il-Premju Soċjetà Ġusta huwa ċelebrazzjoni tal-ħidma, l-impenn u d-dedikazzjoni ta’ diversi individwi u għaqdiet fis-settur tad-diżabilità.

Għan

L-għan ta’ dan il-premju huwa li jiġu ċċelebrati l-kisbiet ta’ individwi u organizzazzjonijiet li jappoġġjaw kultura t’iżjed Drittijiet għall-Persuni b’Diżabilità. Id-dmir tal-Gvern huwa li jesprimi l-apprezzament tiegħu lil kulmin qiegħed jaħdem għal soċjetà iżjed inklussiva, fejn persuni b’diżabilità u dawk qrib tagħhom, bħall-familjari u assistenti tagħhom, ikunu jistgħu jesperjenzaw atteġġjamenti iżjed miftuħa, aċċessibilità, u kundizzjonijiet li jinkoraġġixxu l-għixien indipendenti u fil-komunità.

Il-prinċipju li se jigwida l-għażliet għal dan il-premju huwa li jkollna soċjetà aktar ġusta fejn il-persuni b’diżabilità jieħdu sehem attiv fil-komunità.

Kategoriji tal-Premjijiet

A. Premju għal Min Iħaddem / Kumpanija Inklussiva

Dan il-premju jirrikonoxxi lil min iħaddem, kumpanija jew organizzazzjoni li turi impenn eċċezzjonali lejn l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità fil-post tax-xogħol.

B. Premju għal Ħaddiem / Membru tal-Istaff li Jippromwovi l-Inklużjoni

Dan il-premju jirrikonoxxi ħaddiem jew membru tal-istaff li, permezz tal-ħidma, l-impenn u l-attitudni tiegħu/tagħha, i/tkun għamel/għamlet differenza pożittiva fil-ħajja ta’ persuni b’diżabilità u/jew ikun ikkontribwixxa b’mod sinifikanti lejn ambjent aktar inklussiv, aċċessibbli u ġust.

Ċ. Premju għall-Eċċellenza u l-Inklużjoni fl-Isport

Dan il-premju jirrikonoxxi persuna, tim, klabb jew għaqda li tkun uriet dedikazzjoni jew kontribut eċċezzjonali u/jew kisbiet fil-qasam tal-isport u tal-inklużjoni.

D. Premju għall-Eċċellenza u l-Inklużjoni fl-Arti u l-Kultura

Dan il-premju jirrikonoxxi persuna, grupp jew għaqda li, permezz tal-arti, il-kultura jew forom oħra ta’ espressjoni kreattiva, tkun tat kontribut sinifikanti lejn soċjetà aktar inklussiva.

E. Premju għal Għaqda Mhux Governattiva għall-Inklużjoni

Dan il-premju jirrikonoxxi għaqda volontarja jew mhux governattiva, minn kwalunkwe settur, li permezz tal-ħidma jew ta’ inizjattiva partikolari tkun tat kontribut eċċezzjonali lejn l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni sħiħa ta’ persuni b’diżabilità fis-soċjetà.


L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar it-Tnejn 2 ta’ Novembru 2026 f’nofsinhar.

Aktar dettalji:

Gwida għan-Nominazzjoni

Formola ta’ Nominazzjoni  (Online)

Formola ta’ Nominazzjoni (Printable Version)

FacebookTwitter
inklużjoni

Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.